7.12.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 359/13
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ottubru 2013 — Vicente Gandia Pla vs UASI — Tesco Stores (MARQUES DE CHIVÉ)
(Kawża T-128/13) (1)
(Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Rinunzja tat-trade mark nazzjonali - Tmiem tas-suġġett tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2013/C 359/24
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Vicente Gandia Pla, SA (Chiva, Spanja) (rappreżentant: I. Temiño Ceniceros, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Tesco Stores Ltd (Cheshunt, Ir-Renju Unit)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-13 ta’ Diċembru 2012 (Każ R 854/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Tesco Stores Ltd u Vicente Gandia Pla, SA.
Dispożittiv
(1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
(2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 123, 27.04.2013.
Full & Egal Universal Law Academy