15.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 78/12
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2014 — EPAW vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-168/13) (1)
(Rikors għal annullament - Persuna ġuridika rregolata taħt id-dritt privat - Assenza ta’ prova ta’ eżistenza ġuridika - Artikolu 44(5)(a) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali - Inammissibbiltà manifesta)
2014/C 78/24
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: European Platform Against Windfarms (EPAW) (rappreżentant: C. Kiss, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment K. Herrmann u P. Oliver, sussegwentement L. Pignataro Nolin, K. Herrmann u J. Tomkin, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, bit-titolu “L-Enerġija Rinnovabbli: attur ewlieni fis-suq Ewropew tal-enerġija”, tas-6 ta’ Ġunju 2012, kif ukoll tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Jannar 2013 li tiċħad bħala inammissibbli t-talba tar-rikorrent intiża sabiex hija teżamina mill-ġdid l-imsemmija komunikazzjoni.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
European Platform Against Windfarms (EPAW) għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 207, 20.07.2013
Full & Egal Universal Law Academy