17.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 409/41
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2014 – Jaczewski vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-178/13) (1)
((“Rikors għal annullament - Agrikoltura - Interess ġuridiku - Att leġiżlattiv li jinkludi miżuri ta’ implementazzjoni - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà”))
2014/C 409/58
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrent: Grzegorz Jaczewski (Bielany, il-Polonja) (rappreżentant: M. Goss, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi u A. Szmytkowska, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullamment parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni C (2012) 5049 finali, tal-24 ta’ Lulju 2012, li tawtorizza l-għoti ta’ pagamenti diretti nazzjonali addizzjonali fil-Polonja għas-sena 2012.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Grzegorz Jaczewski huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 156, 01.06.2013.
Full & Egal Universal Law Academy