15.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 45/33
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Novembru 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-203/13 P) (1)
(Appell - Servizz pubbliku - Rikors miċħud fl-ewwel istanza bħala manifestament inammissibbli - Rikors ippreżentat permezz ta’ faks fit-terminu għall-preżentata tiegħu u ffirmat permezz ta’ timbru li jirriproduċi l-firma tal-avukat - Preżentata tal-oriġinal wara l-iskadenza tat-terminu - Tardività tar-rikors - Appell manifestament infondat)
2014/C 45/55
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Gattinara, aġenti)
Suġġett
Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Jannar 2013, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-92/12, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest tal-ewwel istanza.
(1) ĠU C 156, 1.6.2013.
Full & Egal Universal Law Academy