29.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 339/17
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2014 – Stance vs UASI – Pokarna (STANCE)
(Kawża T-206/13) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
2014/C 339/20
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Stance, Inc. (San Clemente, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Kunze u G. Würtenberger, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Pokarna Ltd (Secundrabad Andhra Pradesh, l-Indja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tal-1 ta’ Frar 2013 (Każ R 885/2012-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Pokarna Ltd u Stance, Inc.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
2)
Ir-rikorrenti hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess u dawk sostnuti mill-konvenut.
(1) ĠU C 171, 15.06.2013.
Full & Egal Universal Law Academy