15.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 315/51
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ġunju 2014 – Saf-Holland vs UASI (INTEGRAL)
(Kawża T-217/13) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Rifjut ta’ reġistrazzjoni - Irtirar tat-talba ta’ reġistrazzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
2014/C 315/86
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Saf-Holland GmbH (Bessenbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: M.-C. Seiler, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Marten u G. Schneider, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-31 ta’ Jannar 2013 (Każ R 2087/2011-1), li tikkonċerna talba għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali INTEGRAL bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
2)
Ir-rikorrenti hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 189, 29.06.2013.
Full & Egal Universal Law Academy