15.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 315/52
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2014 – Melitta France vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-224/13) (1)
((“Rikors għal annullament - Ambjent - Direttiva 94/62/KE - Imballaġġ u skart mill-imballaġġ - Direttiva 2013/2/UE - Rollijiet, tubi u ċilindri li magħhom jiddawwar materjal flessibbli - Nuqqas ta’ interess dirett - Inammissibbiltà”))
2014/C 315/88
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Melitta France (Chezy-sur-Marne, Franza) (rappreżentant: H. Weil, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u J.-F. Brakeland, aġenti)
Suġġett
Talba għal annullament parzjali tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/2/UE, tas-7 ta’ Frar 2013, li temenda l-Anness I għad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 37, p. 10), sa fejn il-Kummissjoni inkludiet ir-rollijiet, it-tubi u ċ-ċilindri li magħhom jiddawwar materjal flessibbli, bl-eċċezzjoni ta’ dawk maħsuba li jifformaw parti minn tagħmir tal-produzzjoni u li ma humiex użati sabiex jippreżentaw prodott bħala unità ta’ bejgħ, fuq il-lista ta’ eżempji ta’ prodotti li juru l-applikazzjoni tal-kriterji li jippreċiżaw il-kunċett ta’ “imballaġġ”
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Melitta France hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 171, 15.06.2013.
Full & Egal Universal Law Academy