4.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 253/29
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ġunju 2014 – Atmeh vs UASI – Fretier (MONTALE MTL MONTALE Dezign)
(Kawża T-239/13) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
2014/C 253/42
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Ammar Atmeh (Diera-Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentant: A. Berthet, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sylvie Fretier (Pariġi, Franza) (rappreżentant: T. Cuche, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Frar 2013 (Każijiet Magħquda R 1482/2011-4 u R 1571/2011-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Ammar Atmeh u Sylvie Fretier.
Dispożittiv
1)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
2)
Ir-rikorrenti u l-intervenjenti huma kkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll, kull waħda minnhom, nofs l-ispejjeż tal-konvenut.
(1) ĠU C 207, 20.07.2013.
Full & Egal Universal Law Academy