15.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 45/34
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Novembru 2013 — Castell Macia vs UASI — PJ Hungary (PEPE CASTELL)
(Kawża T-242/13) (1)
(Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2014/C 45/58
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: José Castell Macía (Elche, Spanja) (rappreżentanti: G. Marín Raigal, P. López Ronda, G. Macias Bonilla u H. Mosback, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: PJ Hungary Szolgáltató kft (PJ Hungary kft) (Budapest, l-Ungerija)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Frar 2013 (Każ R 1401/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn PJ Hungary Szolgáltató kft (PJ Hungary kft) u José Castell Macía.
Dispożittiv
(1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
(2)
Ir-rikorrent huwa kkundannat għal-ispejjeż.
(1) ĠU C 207, 20.07.2013.
Full & Egal Universal Law Academy