15.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 315/59
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Mejju 2014 – AK vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-288/13 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport tal-iżvilupp tal-karriera - Proċeduri ta’ evalwazzjoni 2001/2002, 2004, 2005 u 2008 - Redazzjoni tardiva tar-rapporti tal-iżvilupp tal-karriera - Danni morali - Telf ta’ opportunità ta’ promozzjoni - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”))
2014/C 315/99
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: AK (Esbo, il-Finlandja) (rappreżentanti: inizjalment D. de Abreu Caldas, S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, sussegwentement D. De Abreu Caldas u Louis, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Marzu 2013, AK vs Il-Kummissjoni (F-91/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
AK għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.
(1) ĠU C 233, 10.08.2013.
Full & Egal Universal Law Academy