15.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 315/60
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2014 – SACE u Sace BT vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-305/13 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Injezzjonijiet tal-kapital favur kumpannija ta’ assigurazzjoni magħmula mill-kumpannija parent pubblika tagħha - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Urġenza - Fumus boni juris - Ibbilanċjar tal-interessi”))
2014/C 315/100
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Servizi assicurativi del commercio estero SpA (SACE SpA) (Ruma, l-Italja); u Sace BT SpA (Ruma) (rappreżentanti: M. Siragusa u G. Rizza, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Conte u D. Grespan, aġenti)
Intervenjenti in sostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn S. Fiorentino, avvocato dello stato)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 1501 finali, tal-20 ta’ Marzu 2013, dwar il-miżuri SA.23425 (2011/C) (ex NN 41/2010) implementati mill-Italja fl-2004 u fl-2009 favur Sace BT SpA.
Dispożittiv
1)
Id-digriet tat-28 ta’ Frar 2014 mogħti fil-Kawża T-305/13 R huwa mħassar.
2)
Hija sospiża l-eżekuzzjoni tal-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 1501 finali, tal-20 ta’ Marzu 2013, dwar il-miżuri SA.23425 (2011/C) (ex NN 41/2010) implementati mill-Italja fl-2004 u fl-2009 favur Sace BT SpA, sa fejn l-awtoritajiet Taljani huma obbligati li jirkupraw minn din il-kumpannija tal-aħħar ammont ta’ iktar minn EUR [Kunfidenzjali].
3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy