15.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 315/60
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2014 – Kompas MTS vs Il-Parlament et
(Kawża T-315/13) (1)
((Rikors għad-danni - Dannu allegatament imġarrab wara t-traspożizzjoni fid-dritt Awstrijak ta’ direttiva dwar il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk - Itttikkettjar tal-prodotti tat-tabakk - Miżuri restrittivi fuq l-importazzjoni tal-prodotti tat-tabakk - Rikors manifestament infondat fid-dritt))
2014/C 315/101
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Kompas mejni turistični servis d.d. (Kompas MTS d.d.) (Ljublijana, is-Slovenja) (rappreżentant: J. Tischler, avukat)
Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Visaggio u P. Schonard, aġenti); Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Simm u J. Herrmann, aġenti); u Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment C. Cattabriga u F. Schatz, sussegwentement C. Cattabriga u S. Grünheid, aġenti)
Suġġett
Rikors għad-danni bbażat fuq id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 268 TFUE u tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE, meħuda flimkien, intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrenti minħabba fl-implementazzjoni ta’ restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni ta’ prodotti tat-tabakk fit-territorju Awstrijak wara l-adozzjoni tad-Direttiva 2001/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Ġunju 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrelataw mal-manifattura, preżentazzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 147).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Kompas mejni turistični servis d.d. (Kompas MTS d.d.) għandha tħallas, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 233, 10.08.2013.
Full & Egal Universal Law Academy