26.5.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 159/27
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2014 – Adorisio et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-321/13) (1)
((“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna migħtija lil banek matul il-kriżi - Rikapitalizzazzjoni ta’ SNS Reaal u SNS Bank - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Esproprijazzjoni ta’ detenturi ta’ obbligi ssubordinati - Assenza ta’ interess ġuridiku - Assenza ta’ locus standi - Inammissibbiltà manifesta”))
2014/C 159/37
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Stefania Adorisio (Ruma, l-Italja) u t-363 rikorrent l-oħra li isimhom jidher fl-anness tad-digriet (rappreżentanti: F. Sciaudone, L. Dezzani, R. Sciaudone, S. Frazzani u D. Contini, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u P. J. Loewenthal, aġenti)
Suġġett
Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 1053 finali, tat-22 ta’ Frar 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.35382 (2013/N) – Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi – Salvataġġ ta’ SNS Reaal 2013.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
2)
Stefania Adorisio u t-363 rikorrent l-oħra li isimhom jidher fl-anness, huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 233, 10.8.2013.
Full & Egal Universal Law Academy