15.12.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 448/24
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Nikolaou vs Il-Kummissjoni u Il-BĊE
(Kawża T-331/13) (1)
((“Rikors għal annullament - Programm ta’ sostenn għall-istabbiltà ta’ Ċipru - Dikjarazzjoni tal-grupp tal-euro dwar ir-ristrutturazzjoni tas-settur bankarju f’Ċipru - Isem żbaljat tal-konvenuta fir-rikors - Inammissibbiltà”))
(2014/C 448/32)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrent: Marinos Nikolaou (Strovolos, Ċipru) (rappreżentanti: E. Efstathiou, K. Efstathiou u K. Liasidou, avukati)
Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Smulders, J. P. Keppenne u M. Konstantinidis, aġenti) u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: A. Sáinz de Vicuña Barroso, N. Lenihan u F. Athanasiou, aġenti, assistiti minn W. Bussian, W. Devroe u D. Arts, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-dikjarazzjoni tal-grupp tal-euro tal-25 ta’ Marzu 2013 dwar, b’mod partikolari, ir-ristrutturazzjoni tas-settur bankarju f’Ċipru.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Marinos Nikolaou għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).
(1) ĠU C 252, 31.8.2013.
Full & Egal Universal Law Academy