7.9.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 260/42
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Lulju 2013 — Borghezio vs Il-Parlament
(Kawża T-336/13 R)
(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Il-Parlament Ewropew - Att ta’ esklużjoni ta’ membru parlamentari mill-grupp politiku tiegħu - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Inammissibbiltà manifesta tar-rikors prinċipali - Inammissibbiltà tat-talba - Nuqqas ta’ urġenza)
2013/C 260/75
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Mario Borghezio (Torino, l-Italja) (rappreżentant: H. Laquay, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Lorenz, N. Görlitz u M. Windisch, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-att tal-Parlament Ewropew, adottat f’forma ta’ dikjarazzjoni mill-President tiegħu f’sessjoni plenarja tal-10 ta’ Ġunju 2013, li mit-3 ta’ Ġunju 2013 ir-rikorrent ipoġġi bħala membru parlamentari mhux irreġistrat u huwa għalhekk eskluż mill-grupp politiku “Europe Libertés Démocratie” b’effett minn din id-data.
Dispożittiv
(1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
(2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy