27.10.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 380/12
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Settembu 2014 – Borghezio vs Il-Parlament
(Kawża T-336/13) (1)
((“Rikors għal annullament - Dikjarazzjoni tal-President tal-Parlament Ewropew, f’sessjoni plenarja, li tinforma lill-assemblea dwar l-esklużjoni ta’ deputat Ewropew mill-grupp politiku li miegħu huwa rreġistrat - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Rikors manifestament inammissibbli”))
2014/C 380/16
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Mario Borghezio (Torino, l-Italja) (rappreżentant: H. Laquay, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Lorenz, N. Görlitz u M. Windisch, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament, meħuda fil-forma ta’ dikjarazzjoni tal-President tiegħu fis-sessjoni plenarja tal-10 ta’ Ġunju 2013, li tindika li, mit-3 ta’ Ġunju 2013, ir-rikorrent kien qed jipparteċipa bħala deputat mhux irreġistrat minħabba l-esklużjoni tiegħu mill-grupp politiku “Europe Libertés Démocratie” b’effett minn din id-data.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Mario Borghezio għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 252, 31.08.2013.
Full & Egal Universal Law Academy