19.5.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 151/19
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Marzu 2014 – Hawe Hydraulik vs UASI – HaWi Energietechnik (HAWI)
(Kawża T-347/13) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Oppozizzjoni - Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
2014/C 151/25
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Hawe Hydraulik SE (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Würtenberger u R. Kunze, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Poch, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: HaWi Energietechnik AG (Eggenfelden, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ April 2013 (Każ R 1690/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Hawe Hydraulik SE u HaWi Energietechnik AG.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
2)
Ir-rikorrenti hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha u l-ispejjeż tal-konvenut.
(1) ĠU C 252, 31.08.2013.
Full & Egal Universal Law Academy