17.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 409/41
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2014 – Zentralverband des Deutschen Bäckerhandwerks vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-354/13) (1)
((“Rikors għal annullament - Indikazzjoni ġeografika protetta ‘Kołocz śląski jew Kołacz śląski’ - Ċaħda tat-talba għall-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”))
2014/C 409/59
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Zentralverband des Deutschen Bäckerhandwerks eV (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Jung, M. Teworte-Vey, A. Renvert u J. Saatkamp, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u G. von Rintelen, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-allegata deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinsab fl-ittra tat-8 April 2013 tad-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali “Agrikoltura u Żvilupp Rurali” tal-Kummissjoni, li tipprovdi t-talba għall-annullament tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tar-rikorrent tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Kołocz śląski” jew “Kołacz śląski” hija inammissibbli.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Zentralverband des Deutschen Bäckerhandwerks eV hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 260, 07.09.2013.
Full & Egal Universal Law Academy