15.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 315/61
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2014 – Lebedef vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-356/13 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Proċedura dixxiplinari - Sanzjoni dixxiplinari - Demozzjoni - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”))
2014/C 315/102
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Giorgio Lebedef (Senningerberg, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u G. Berscheid, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-24 ta’ April 2013, Lebedef vs Il-Kummissjoni (F-56/11, ĠabraSP, EU:F:2013:49), intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud
2)
Giorgio Lebedef għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.
(1) ĠU C 298, 12.10.2013.
Full & Egal Universal Law Academy