7.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 212/31
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Mejju 2014 – Spain Doce 13 vs UASI – Ovejero Jiménez u Becerra Guibert (VICTORIA DELEF)
(Kawża T-359/13) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
2014/C 212/39
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Spain Doce 13, SL (Crevillante, Spanja) (rappreżentant: S. Rizzo, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent)
Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Gregorio Ovejero Jiménez (Alicante, Spanja) u María Luisa Cristina Becerra Guibert (Alicante, Spanja) (rappreżentant: M. Veiga Serrano, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ April 2013 (Każ R 1046/2012-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Gregorio Ovejero Jiménez u María Luisa Cristina Becerra Guibert, minn naħa, u Spain Doce 13, min-naħa l-oħra.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
2)
Ir-rikorrenti hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess, kif ukoll nofs l-ispejjeż tal-konvenut.
3)
L-intervenjenti huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom stess, kif ukoll nofs l-ispejjeż tal-konvenut.
(1) ĠU C 252, 31.08.2013
Full & Egal Universal Law Academy