12.10.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 298/7
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Awwissu 2013 — Franza vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-366/13 R)
(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija lil kumpanniji responsabbli li jipprovdu servizz pubbliku li jikkonsisti f’li jiġu pprovduti konnessjonijiet marittimi bejn Corse u Marseille - Kumpens għal servizz kumplementari għas-servizz bażiku, intiż sabiex ikopri l-perijodi l-iktar frekwentati matul l-istaġun turistiku - Deċiżjoni li tiklassifika dawn il-kumpensi bħala għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħhom mingħand il-benefiċjarji - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza)
2013/C 298/11
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. Belliard, N. Rouam, G. de Bergues u D. Colas, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Afonso u B. Stromsky, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 1926 finali, tat-2 ta’ Mejju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.22843 (2012/C) (ex 2012/NN) implementata minn Franza favur is-Société nationale Corse Méditerranée u l-Compagnie méridionale de navigation
Dispożittiv
(1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
(2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy