22.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 52/37
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Diċembru 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-385/13 P) (1)
(Appell - Servizz pubbliku - Ċaħda tar-rikors fl-ewwel istanza bħala manifestament inammissibbli - Assenza ta’ identiċità bejn ir-rikors ippreżentat permezz ta’ faks u l-oriġinal ippreżentat sussegwentement - Preżentata tal-oriġinal wara l-iskadenza tat-terminu - Tardività tar-rikors - Appell manifestament infondat)
2014/C 52/70
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Bererdis-Kayser u G. Gattinara, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Mejju 2013, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-4/12, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż sabiex jiġi annullat dan id-digriet.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.
(1) ĠU C 284, 28.09.2013.
Full & Egal Universal Law Academy