23.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 96/20
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Jannar 2015 – Dosen vs UASI – Gramm (Nano-Pad)
(Kawża T-396/13) (1)
((“Trade mark komunitarja - Talba għal nullita’ - Irtirar ta’ talba għal nullita’ - Ma hemm ebda lok għal deċiżjoni”))
(2015/C 096/25)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Franko Dosen (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Losert, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Pohlmann, sussegwentement minn M. Fischer, agents)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Thomas Gramm (Wesel, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra ir-Raba’ Bord ta’ Apell tal-UASI tat-13 ta’ Mejju 2013 (kawża R 1981/2011-4), dwar proċediment ta’ nullita’bejn Thomas Gramm u Franko Dosen.
Dispożittiv
1)
Ma hemm ebda lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.
2)
Ir-rikorrent huwa ikkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk inkorsi mill-parti konvenuta.
(1) ĠU C 274 ta’ 21.09.2013.
Full & Egal Universal Law Academy