23.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 344/56
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2013 — Tilly-Sabc vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-397/13 R)
(Miżuri provviżorji - Agrikoltura - Rifużjonijiet tal-esportazzjoni - Laħam tat-tjur - Regolament li jistabbilixxi r-rifużjonijiet b’rata żero - Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza - Ibbilanċjar tal-interessi)
2013/C 344/100
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Tilly-Sabc (Guerlesquin, Franza) (rappreżentanti: R. Milchior u F. Le Roquais, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. de Bergues, D. Colas u C. Candat, aġenti)
Suġġett
Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nru 689/2013, tat-18 ta’ Lulju 2013, li jiffissa r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur (ĠU L 196, p. 13).
Dispożittiv
(1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
(2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy