30.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 202/22
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Mejju 2014 – Unión de Almacenistas de Hierros de España vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-419/13) (1)
([“Aċċess għad-dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti li jikkonċernaw żewġ proċeduri Spanjoli fil-qasam tal-kompetizzjoni - Rifjut impliċitu ta’ aċċess - Deċiżjoni espliċita adottata wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”])
2014/C 202/28
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Unión de Almacenistas de Hierros de España (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: A. Creus Carreras, A. Valiente Martin u C. Maldonado Márquez, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u F. Clotuche-Duvieusart, aġenti)
Suġġett
Talba għal annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti l-aċċess għal ċerti dokumenti dwar il-korrispondnza skambjata bejn il-Kummissjoni u l-Comisión Nacional de la Competencia (CNC, kummissjoni nazzjonali tal-kompetizzjoni Spanjola), fir-rigward ta’ żewġ proċeduri nazzjonali mressqa minn din tal-aħħar.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx iżjed lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
2)
Ma hemmx iżjed lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Unión de Almacenistas de Hierros de España.
4)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Renju ta’ Spanja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 304, 19.10.2013.
Full & Egal Universal Law Academy