4.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 253/30
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2014 – Gruppo Norton vs UASI – Marín Nicolás (Gruppo Norton S.r.l.)
(Kawża T-427/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Gruppo Norton S.r.l. - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti NORTON HISPAŃO - Regola 49(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 u l-Artikolu 60 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Inammissibbiltà tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell - Rikors manifestament infondat fid-dritt”])
2014/C 253/43
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Gruppo Norton Srl (Carini, l-Italja) (rappreżentant: M. García Lirola, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Victoriano Marín Nicolás (Alcantarilla, Spanja) (rappreżentant: M. Ruiz Vázquez, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-31 ta’ Mejju 2013 (Każ R 341/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Victoriano Marín Nicolás u Gruppo Norton Srl.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Gruppo Norton Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 313, 26.10.2013.
Full & Egal Universal Law Academy