27.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 138/49
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2015 – Métropole Gestion vs UASI – Metropol (METROPOL)
(Kawża T-431/13) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Trade mark verbali METROPOL - Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Assenza ta’ applikazzjoni għal tiġdid tar-reġistrazzjoni tat-trade mark - Tħassir tat-trade mark wara l-iskadenza tar-reġistrazzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2015/C 138/65)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Métropole Gestion (Pariġi, Franza) (rappreżentant: M. A. Roux Steinkühler, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Metropol Investment Financial Company Ltd (Moska, ir-Russja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 Ġunju 2013 (Kawżi 723/2012-2 u R 845/2012-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Métropole Gestion u Metropol Investment Financial Company Ltd
Dispożittiv
1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
2)
Métropole Gestion u l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 344, 23.11.2013.
Full & Egal Universal Law Academy