7.12.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 359/15
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2013 — Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-461/13 R)
(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha kif ukoll l-annullament tal-ħlasijiet fis-seħħ - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ fumus boni juris u ta’ urġenza)
2013/C 359/28
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Rubio González, abogado del Estado)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, B. Stromsky u P. Němečková, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 3204 finali, tad-19 ta’ Ġunju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28599 (C-23/2010) (ex NN 36/2010, ex CP 163/2009) mogħtija mir-Renju ta’ Spanja għall-iżvilupp tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati (ħlief f’Castilla-La Mancha).
Dispożittiv
(1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda
(2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy