25.1.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/21
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Novembru 2013 –Oikonomopoulos vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-483/13 R)
(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Investigazzjoni mmexxija mill-OLAF - Rikors għad-danni - Danni finanzjarji u morali allegatament subiti mir-rikorrent - Talba għal miżuri provviżorji - Inammissibbiltà - Nuqqas ta’ urġenza)
2014/C 24/37
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Athanassios Oikonomopoulos (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u I. Zarzoura, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u A. Sauka, aġenti)
Suġġett
Talba għal miżuri provviżorji ppreżentata fil-kuntest ta’ rikors għad-danni intiż sabiex jinkseb kumpens għad-danni li r-rikorrent ġarrab fl-attivitajiet professjonali tiegħu u għar-reputazzjoni tiegħu wara ċertu aġir allegatament illegali tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) fil-kuntest ta’ investigazzjoni mmexxija mill-aġenti tiegħu.
Dispożittiv
(1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
(2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy