15.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 315/62
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ġunju 2014 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-503/13 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Artikolu 14 tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Prinċipju ta’ qorti stabbilita mil-liġi - Ċaħda tar-rikors tal-ewwel istanza bħala manifestament inammissibbli - Rikors ippreżentat permezz ta’ faks b’firma mhux manuskritta tal-avukat - Assenza ta’ identiċità bejn ir-rikors ippreżentat permezz ta’ faks u l-oriġinal ippreżentat sussegwentement - Tardività tar-rikors - Talba għall-ħlas ta’ somma speċifika bħala kwart mill-ispejjeż sostnuti fir-rigward tal-proċedura fil-Kawża F-56/09 - Appell manifestament infondat”))
2014/C 315/103
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Gattinara, aġenti)
Suġġett
Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewoprea (Imħallef uniku) tat-12 ta’ Lulju 2013, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-32/12, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.
(1) ĠU C 325, 09.11.2013.
Full & Egal Universal Law Academy