15.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 45/34
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Jannar 2014 — Stichting Sona u Nao vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-505/13 R)
(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Arranġament ta’ assoċjazzjoni tal-pajjiżi u territorji extra-Ewropej - L-Għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp - Regoli dettaljati għall-implementazzjoni - Antilli tal-Pajjiżi l-Baxxi - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Talba għal miżuri provviżorji - Ammissibbiltà)
2014/C 45/59
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Stichting Sona (Curaçao, l-Antilli tal-Pajjiżi l-Baxxi); u Nao NV (Curaçao) (rappreżentanti: R. Martens, K. Beirnaert u A. Van Vaerenbergh, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. van Beek, G. Wils u S. Pardo Quintillán, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li taħtar l-organu International Management Group bħala entità delegata fil-kuntest tal-amministrazzjoni ċentralizzata indiretta għar-riżorsi għall-implementazzjoni ta’ dokument uniku ta’ programmazzjoni għall-Antilli tal-Pajjiżi l-Baxxi skont l-Għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp u, min-naħa l-oħra, talba li tfittex li tikseb, provviżorjament, l-ordni kontra l-Kummissjoni sabiex timpenja ruħha f’negozjati f’bona fide mar-rikorrenti biex tikkonkludi ftehim ta’ delega li jagħti lill-ewwel rikorrenti l-missjonijiet ta’ implementazzjoni tal-Għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp għal dak li jirrigwarda l-Antilli tal-Pajjiżi l-Baxxi sakemm jintbagħat mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi r-rapport definittiv tiegħu fit-tmiem tal-investigazzjoni li jirrigwarda l-proġett għal sistema ta’ drenaġġ fuq il-gżira ta’ Bonaire.
Dispożittiv
(1)
It-talba għal miżuri provviżorji hja miċħuda.
(2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy