26.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 427/65
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2018 – Roeckl Sporthandschuhe vs EUIPO – Roeckl Handschuhe & Accessoires (Rappreżentazzjoni ta’ id)
(Kawża T-537/13) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
(2018/C 427/86)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Roeckl Sporthandschuhe GmbH & Co. KG (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Baumann, C. Straßberger u F. Römisch, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Roeckl Handschuhe & Accessoires GmbH & Co. KG (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Kinkeldey, J. Springer, A. Wagner u S. Brandstätter, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Lulju 2013 (Każ R 1866/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Roeckl Sporthandschuhe u Roeckl Handschuhe & Accessoires.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
2)
Roeckl Sporthandschuhe GmbH & Co. KG u Roeckl Handschuhe & Accessoires GmbH & Co. KG huma kkundannati ibatu l-ispejjeż tagħhom stess, kif ukoll, kull waħda, nofs l-ispejjeż tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).
(1) ĠU C 367, 14.12.2013.
Full & Egal Universal Law Academy