7.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 212/32
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Mejju 2014 – Sharp vs UASI (BIG PAD)
(Kawża T-567/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BIG PAD - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”])
2014/C 212/40
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sharp KK (Osaka, il-Ġappun) (rappreżentanti: G. Macias Bonilla, G. Marín Raigal, P. López Ronda u E. Armero, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Awwissu 2013 (Każ R 2131/2012-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv BIG PAD bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Sharp KK hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 24, 25.01.2014.
Full & Egal Universal Law Academy