8.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 39/21
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Diċembru 2013 — Istituto di vigilanza dell’Urbe vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-579/13 R)
(Proċedura għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi ta’ servizzi - Prestazzjoni ta’ servizzi ta’ sigurtà u ta’ akkoljenza fi ħdan id-“Djar tal-Unjoni Ewropea” f’Ruma u Milano - Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ osservanza tal-eżiġenzi formali - Inammissibbiltà)
2014/C 39/35
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Istituto di Vigilanza dell’Urbe SpA (Rome, l-Italja) (rappreżentanti: D. Dodaro u S. Cianciullo, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Moro u L. Cappelletti, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ għoti adottata mill-Kummissjoni fis-27 ta’ Awwissu 2013 dwar il-kuntratt pubbliku relatat mas-servizzi ta’ sigurtà u ta’ akkoljenza fi ħdan “Djar tal-Unjoni Ewropea” f’Ruma u f’Milano (l-Italja).
Dispożittiv
(1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
(2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy