1.12.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 431/23
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Settembru 2014 – Shire Pharmaceutical Contracts vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-583/13) (1)
([“Rikors għal annullament - Prodotti mediċinali għall-użu pedjatriku - Regolament (KE) Nru 1901/2006 - Artikolu 37 - Proroga tal-perijodu tal-esklużività kummerċjali tal-prodotti mediċinali orfni li ma għandhomx privattiva - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”])
(2014/C 431/39)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Shire Pharmaceutical Contracts Ltd (Hampshire, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: K. Bacon, barrister, M. Utges Manley u M. Vickers, solicitors)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Sipos u V. Walsh, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li allegatament tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni indirizzata lir-rikorrenti fit-2 ta’ Settembru 2013, kif ikkonfermata sussegwentement permezz tal-ittra tat-18 ta’ Ottubru 2013, għal dak li jikkonċerna l-eliġibbiltà tal-prodott mediċinali Xagrid għall-inċentiv previst fl-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1901/2006, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar prodotti mediċinali għall-użu pedjatriku u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1768/92, id-Direttiva 2001/20/KE, id-Direttiva 2001/83/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 (ĠU L 378, p. 1).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Shire Pharmaceutical Contracts Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 377, 21.12.2013.
Full & Egal Universal Law Academy