29.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 93/23
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Jannar 2014 — Romonta vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-614/13 R)
(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Ambjent - Direttiva 2003/87/KE - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra - Allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjonijiet mingħajr ħlas mill-2013 - Talba għal rikonoxximent ta’ sitwazzjoni ta’ diffikultà eċċessiva - Nuqqas ta’ urġenza)
2014/C 93/40
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Romonta GmbH (Amsdorf, Seegebiet Mansfelder Land, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Zenke, M. Vollmer, C. Telschow u A. Schulze, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. White, C. Hermes u K. Herrmann, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE, tal-5 ta’ Settembru 2013, dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 240, p. 27), sa fejn ġiet irrifjutata l-allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjonijiet lir-rikorrenti għal sitwazzjoni ta’ diffikultà eċċessiva.
Dispożittiv
(1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
(2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy