17.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 409/42
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2014 – Lomnici vs Il-Parlament
(Kawża T-650/13) (1)
((“Rikors għal annullament - Petizzjoni indirizzata lill-Parlament Ewropew li tikkonċerna l-liġi l-ġdida dwar iċ-ċittadinanza Slovakka - Petizzjoni ddikjarata ammissibbli - Deċiżjoni ta’ għeluq tal-proċedura - Att li ma jistax ikun is-suġġett ta’ rikors - Inammissibbiltà”))
2014/C 409/60
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Partijiet
Rikorrent: Zoltán Lomnici (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentant: Z. Lomnici, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Pospíšilová Padowska u T. Lukácsi, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Petizzjonijiet tal-Parlament, tas-17 ta’ Ottubru 2013, li tiddikjara magħluqa l-Petizzjoni Nru 1298/2013.
Dispożittiv
1)
It-talba li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni tal-Parlament Ewropew hija miċħuda.
2)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
3)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent imressqa mir-Repubblika Slovakka u mill-Ungerija
4)
Zoltán Lomnici għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament.
5)
Ir-Repubblika Slovakka u l-Ungerija għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 71, 08.03.2014.
Full & Egal Universal Law Academy