21.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/45
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ġunju 2015 – In vivo vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-690/13) (1)
((“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Rifjut tal-OLAF li jiftaħ investigazzjoni esterna - Teħid ta’ pożizzjoni - Talba għall-ordni - Nuqqas ta’ interess dirett - Inammissibbiltà”))
(2015/C 311/48)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: In vivo OOO (Abinsk, ir-Russja) (rappreżentant: T. Huopalainen, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Keppenne u J. Baquero Cruz, aġenti)
Suġġett
Rikors intiż sabiex il-Qorti Ġenerali tikkonstata in-nuqqas li tittieħed azzjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) ikkostitwit mir-refjut milli jiftaħ investigazzjoni esterna u tordnalu li jtemm dan.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
In vivo OOO hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 151, 19.05.2014.
Full & Egal Universal Law Academy