29.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 339/19
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Lulju 2014 – The Directv Group vs UASI – Bolloré (DIRECTV)
(Kawża T-718/13) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Talba għal revoka - Irtirar tat-talba għal revoka - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
2014/C 339/22
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: The Directv Group (El Segundo, l-Istati Uniti (rappreżentant: F. Valentin, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Bolloré (Ergué Gabéric, Franza) (rappreżentant: S. Legrand, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 1812/2012-2), dwar proċedimenti ta’ kanċellazzjoni bejn Bolloré u The Directv Group, Inc.
Dispożittiv
1)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni.
2)
Ir-rikorrenti hija kkundannata tbati l-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż sostnuti mill-konvenut u mill-intervenjenti.
(1) ĠU C 71, 8.03.2014.
Full & Egal Universal Law Academy