23.3.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 86/18
Rikors ippreżentat fl-4 ta' Jannar 2013 — Sherwin-Williams Sweden vs UASI — Akzo Nobel Coatings International (ARTI)
(Kawża T-12/13)
2013/C 86/30
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sherwin-Williams Sweden AB (Märsta, l-Isvezja) (rappreżentant: L. Ström, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Akzo Nobel Coatings International BV (Arnhem, il-Pajjiżi l-Baxxi)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) Nru R 2085/2011-1, tat-18 ta’ Ottubru 2012, (li tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni Nru B 1 717 142, tad-9 ta’ Awwissu 2011);
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “ARTI” għal prodotti fil-klassi 2 — Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 9 017 427
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell.
Trade mark jew sinjal invokat: Reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Benelux Nru 753 216 u Reġistrazzjoni tat-trade mark internazzjonali Nru 872 478 tat-trade mark verbali “ARTITUDE” għal prodotti fil-klassi 2
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.
Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy