23.3.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 86/19
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Jannar 2013 — Seal Trademarks vs UASI — Exel Composites (XCEL)
(Kawża T-14/13)
2013/C 86/32
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Seal Trademarks Pty Ltd (Queensland, l-Awstralja) (rappreżentant: E. Armijo Chávarri, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Exel Composites Oyj (Mäntyharju, il-Finlandja)
Talbiet
—
tannulla id-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-11 ta’ Ottubru 2012 jew;
—
sussidjarjament, temendha sabiex tiġi ssegwi l-parargrafu 52, peress li din tikser l-Artikolu 42(2) u (3) u l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (fejn tikkundanna b’mod espress lill-UASI għall-ispejjeż).
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “XCEL” għal prodotti fil-klassijiet 18, 25 u 28 — Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 3 809 571
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 2 996 891, reġistrazzjoni tat-trade mark Awstrijaka Nru 149 726 u reġistrazzjoni tat-trade mark Svediża Nru 324 307 u t-trade mark verbali “EXEL” għal prodotti fil-klassijiet 18 u 28
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 42(2) u (3) u tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy