13.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 108/28
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2013 — Łaszkiewicz vs UASI — CABLES Y ESLINGAS (PROTEKT)
(Kawża T-18/13)
2013/C 108/73
Lingwa tar-rikors: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrent: Grzegorz Łaszkiewicz (Łódź, il-Polonja) (rappreżentant: J. Gwiazdowska, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: CABLES Y ESLINGAS, S.A. (Cerdanyola del Valles, Barcelona, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla fl-intier tagħha d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-24 ta’ Ottubru 2012 fil-Każ R 701/2011-4;
—
tagħti deċiżjoni finali — sa fejn l-istat tal-proċeduri jippermetti dan — li permezz tagħha tilqa’ r-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 8478331 li għaliha saret l-applikazzjoni;
—
sussidjarjament — sa fejn l-istat tal-proċeduri jippermetti dan — tibgħat il-każ lura għal deċiżjoni mill-ġdid adottata skont kriterji vinkolanti stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrent fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell u quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni);
—
tieħu inkunsiderazzjoni l-provi msemmija fir-rikors;
—
tmexxi l-proċeduri bil-miktub u bl-użu tal-lingwa Pollakka bħala l-lingwa tal-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “protekt” għal prodotti fil-klassijiet 6, 7, 9, 22 u 25 — Applikazzjoni Nru 008478331
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: CABLES Y ESLINGAS, S.A.
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali PROTEK irreġistrata fi Spanja għal prodotti fil-klassijiet 6 u 9
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati:
—
ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
ksur tal-prinċipju ta’ legalità, speċifikament ksur tal-Artikolu 3(1)(a) sa (d) tad-Direttiva 2008/95;
—
ksur tal-Artikoli 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009 kif ukoll tar-Regoli 50 u 52 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95.
Full & Egal Universal Law Academy