16.3.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 79/26
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar2013 — AbbVie et vs L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)
(Kawża T-29/13)
2013/C 79/46
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: AbbVie, Inc. (Wilmington, l-Istati Uniti) u AbbVie Ltd (Maidenhead, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: P. Bogaert, G. Berrisch, avukati, u B. Kelly, Solicitor)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini EMA/685471/2012, tal-5 ta’ Novembru 2012, li tagħti aċċess għad-dokumenti mill-fajl ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali; u
—
tikkundanna lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għall-ispejjeż kollha, inklużi l-ispejjeż tar-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikors preżenti huwa intiż għall-annullament, taħt l-Artikolu 263(4) TFUE, tad-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini EMA/685471/2012, tal-5 ta’ Novembru 2012, li tagħti aċċess għad-dokumenti mill-fajl ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.
(1)
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament dwar it-trasparenza u tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti għall-protezzjoni ta’ informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali.
(2)
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament dwar it-trasparenza.
(3)
It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċpju tal-aspettattivi leġittimi.
(4)
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tad-Direttiva 2001/29/KE (1) dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, tad-drittijiet fundamentali għall-protezzjoni tad-dritt għall-proprjetà, inklużi d-drittijiet tal-awtur u tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ amministrazzjoni tajba, sa fejn l-aċċess jingħata billi tiġi pprovduta kopja tad-dokumenti.
(1) Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230).
Full & Egal Universal Law Academy