23.3.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 86/24
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2013 — Roy vs Il-Kunsill u l-Kummissjoni
(Kawża T-41/13)
2013/C 86/39
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: René Roy (Juillac-le-Coq, Franza) (rappreżentant: C.-E. Gudin, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tikkumpensa b’mod sħiħ għad-dannu b’hekk subit permezz ta’ sanzjonijiet pekunjarji, jiġifieri s-somma ta’ EUR 87 400;
—
tikkumpensa b’mod sħiħ għad-dannu morali subit, jiġifieri s-somma ta’ EUR 100 000;
—
tikkundanna lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għall-ispejjeż u l-ħlasijiet kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawżi T-195/11, Cahier et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (1), u T-458/11, Riche vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (2).
(1) ĠU 2011, C 173, p. 14.
(2) ĠU 2011, C 298, p. 28.
Full & Egal Universal Law Academy