23.3.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 86/24
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2013 — Sabores de Navarra vs UASI — Frutas Solano (KIT, EL SABOR DE NAVARRA)
(Kawża T-46/13)
2013/C 86/40
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Sabores de Navarra, AIE (Pamplona, Spanja) (rappreżentanti: J. Calderón Chavero u O. González Fernández, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Frutas Solano, SA (Calahorra, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-7 ta’ Novembru 2012, fil-Każijiet R 2542/2011-2 u R 2550/2011-2;
—
konsegwentement, tapplika d-deċiżjoni tal-11 ta’ Ottubru 2011, mogħtija mid-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-UASI, fil-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità Nru 4633 C; din id-deċiżjoni tiddikjara l-invalidità parzjali tat-trade mark Komunitarja Nru 5042346 “KIT, EL SABOR DE NAVARRA” (verbali) fil-klassi 29 għal: “Frott u ħaxix ippreservat, imnixxef u msajjar; ġèli, ġammijiet, frott ippreservat jew misjur fix-xropp; li kollha joriġinaw minn Navarra” u fil-klassi 30 għal: “ikel tal-għaġina u ħlewwiet, għasel, għasel iswed; zlazi (kondimenti); ħwawar”;
—
tilqa’ t-talbiet tar-rikorrenti li jordnaw lid-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni korrispondenti tal-UASI tiddikjara mill-ġdid bħala invalidi l-prodotti indikati fil-punt preċedenti;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “KIT, EL SABOR DE NAVARRA” għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 33 — Trade mark Komunitarja rreġistrata Nru 5 042 346
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Frutas Solano, SA
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: it-trade mark figurattiva bl-element verbali “Sabores de Navarra La Sabiduría del Sabor” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 29, 30, 33, 39 u 42
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell ta’ Frutas Solano, SA milqugħ parzjalment u deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni annullata parzjalment, appell tar-rikorrenti miċħud
Motivi invokati:
—
ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mal-Artikolu 53(1)(a) tal-istess regolament;
—
ksur tal-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy