23.3.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 86/25
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2013 — Goldsteig Käsereien Bayerwald vs UASI — Vieweg (goldstück)
(Kawża T-47/13)
2013/C 86/41
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Goldsteig Käsereien Bayerwald GmbH (Cham, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Biagosch, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Christin Vieweg (Sonneberg, il-Ġermanja)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-14 ta’ Novembru 2012 fil-Każ R 2589/2011-1;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tiegħu u għal dawk tar-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Christin Vieweg
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “goldstück” għall-prodotti fil-klassijiet 29 u 30 — applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 9 153 677
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “GOLDSTEIG” għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 29 u 43
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-diviżjoni tal-oppożizzjoni annullata u oppożizzjoni tar-rikorrenti miċħuda
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy