6.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 101/23
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2013 — Reiner Appelrath-Cüpper vs UASI — Ann Christine Lizenzmanagement (AC)
(Kawża T-60/13)
2013/C 101/51
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Reiner Appelrath-Cüpper Nachf. GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Schumann u A. Berger, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ann Christine Lizenzmanagement GmbH & Co. KG (Braunschweig, il-Ġermanja)
Talbiet
—
tannulla tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell, tat-28 ta’ Novembru 2012 (Każ R 108/2012-4), sa fejn ir-rikors ġie milqugħ u l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja ġiet miċħuda
—
tordna lill-konvenut iħalles l-ispejjeż tal-kawża;
—
tornda lill-parti l-oħra tħallas l-ispejjeż tal-kawża quddiem l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “AC”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 14, 18, 25 u 35 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 070 021
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: trade marks Ġermaniżi Nru 30 666 076 u Nru 30 666 074 u reġistrazzjoni tat-trade mark internazzjonali Nru 948 259, li tikkonċerna bosta Stati Membri tal-Unjoni Ewropea, tat-trade mark figurattiva “AC ANNE CHRISTINE”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 9, 14, 18, 25 u 35; trade mark Komunitarja Nru 6 904 783, għal prodotti fil-klassijiet 3, 9, 14 u 25; trade mark Komunitarja Nru 6 905 541 għal prodotti fil-klassijiet 3, 14 u 25
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni totalment miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell parzjalment milqugħ u deċiżjoni kkontestata annullata fir-rigward tal-prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 14, 18, 25 u 35, applikazzjoni għal trade mark Komunitarja għal dawn il-prodotti u servizzi miċħuda u l-kumplament tal-appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(b), 15 u 42(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy