13.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 108/30
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2013 — Langguth Erben vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ flixkun)
(Kawża T-66/13)
2013/C 108/75
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Franz Wilhelm Langguth Erben GmbH & Co. KG (Traben-Trarbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kunze u G. Würtenberger, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-22 ta’ Novembru 2012 fil-Każ R 129/2012-1;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva, li tirrappreżenta flixkun, għal prodotti fil-klassi 33 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 005 866
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 7(1)(b), 7(2) kif ukoll l-Artikoli 75, 76(1) u 77 tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy