6.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 101/26
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Frar 2013 — Boehringer Ingelheim Pharma vs UASI — Nepentes (Momarid)
(Kawża T-75/13)
2013/C 101/55
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Boehringer Ingelheim Pharma (Ingelheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: V. von Bomhard u D. Slopek, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nepentes S.A. (Varsavja, il-Polonja)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tat-28 ta’ Novembru 2012 fil-Każ R 2292/2011-4 sa fejn ippermettiet ir-reġistrazzjoni tat-trade mark MOMARID fir-rigward ta’ preparazzjonijiet sanitarji għal skopijiet mediċi; sustanzi tad-dieta adottati għall-użu mediku; preparazzjonijiet, sustanzi u prodotti farmaċewtiċi u mediċi għall-protezzjoni, għall-manteniment, għat-trattament jew għall-kundizzjonar tal-ġilda, tal-ġisem, tal-wiċċ, tal-ħalq, tax-xufftejn, tal-għajnejn, tax-xagħar, tal-idejn u tad-dwiefer; preparazzjonijiet u sustanzi farmaċewtiċi u mediċi għall-kura u għall-apparenza tal-ġilda, tal-ġisem, tal-wiċċ, tal-ħalq, tax-xufftejn, tal-għajnejn, tax-xagħar, tal-idejn u tad-dwiefer; prodotti u preparazzjonijiet farmaċewtiċi u mediċi għal skopijiet ta’ telf ta’ piż; prodotti, preparazzjonijiet u sustanzi dermatoloġiċi farmaċewtiċi; preparazzjonijiet dermatoloġiċi għall-prevenzjoni u t-trattament ta’ disturbi tal-ġilda; preparazzjonijiet dermatoloġiċi (medikati); preparazzjonijiet farmaċewtiċi għat-trattament ta’ disturbi dermatoloġiċi; preparazzjonijiet farmaċewtiċi għat-trattament topiku ta’ disturbi dermatoloġiċi; prodotti mediċinali dermatoloġiċi; preparazzjonijiet farmaċewtiċi veterinarji għal użu dermatoloġiku; prodotti mediċinali veterinarji għat-trattament ta’ disturbi ormonali; ormoni għal skopijiet mediċi; preparazzjonijiet ormonali għal użu veterinarju; ormoni; prodotti sterojdi, preparazzjonijiet ormonali għal użu farmaċewtiku u mediku; prodotti tal-iġjene; kimiċi għal użu farmaċewtiku (il-“prodotti kkontestati”);
—
tikkundanna l-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża, jew — fil-każ li l-parti l-oħra quddiem l-UASI tintervjeni għall-konvenut — tordna li l-ispejjeż tal-kawża jitħallsu konġuntament mill-konvenut u mill-intervenjenti
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Momarid”, għal prodotti u servizzi fil-klassi 5 — applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 9 164 328
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: trade mark Komunitarju Nru 2 396 448 tat-trade mark “LONARID” għal prodotti fil-klassi 5
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ parzjalment
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 flimkien mar-Regola 50(2)(h) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95 u l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy