27.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 123/17
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2013 — K-Swiss vs UASI — Künzli SwissSchuh (Trainer with five stripes)
(Kawża T-85/13)
2013/C 123/28
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: K-Swiss, Inc. (California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Niebel u K. Tasma, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Künzli SwissSchuh AG (Windisch, l-Isvizzera)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-30 ta’ Ottubru 2012 fil-Każ R 174/2011-2; u
—
tikkundanna lill-konvenut u, kif xieraq, lill-intervenjenti għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurativa li tirrappreżenta żarbuna sportiva b’ħames strixxi — Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 4 771 978
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: il-motivi għat-talba għal dikjrazzjoni ta’ invalidità kienu dawk stabbiliti fl-Artikolu 52(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: it-trade mark Komunitrja kkontestata ddikjarata invalida
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy